Page contents Page contents X’inhu l-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil? Il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil hu sett ta’ regoli ġodda li jiġġestixxu l-migrazzjoni u jistabbilixxu sistema komuni tal-ażil fil-livell tal-UE, li tagħti riżultati filwaqt li tibqa’ bbażata fuq il-valuri Ewropej tagħna. Hu jibni fuq proposti ta’ riforma preċedenti fil-qasam tal-migrazzjoni u jemendahom, filwaqt li joffri approċċ komprensiv li għandu l-għan li jsaħħaħ u jintegra l-politiki ewlenin tal-UE dwar il-migrazzjoni, l-ażil, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-integrazzjoni. B’regoli sodi iżda ġusti, hu mfassal biex jiġġestixxi u jinnormalizza l-migrazzjoni fit-tul, filwaqt li jipprovdi lill-pajjiżi tal-UE bil-flessibbiltà biex jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw, u s-salvagwardji meħtieġa biex jipproteġu lin-nies fil-bżonn. Fl-10 ta’ April 2024, il-Parlament Ewropew ivvota favur ir-regoli l-ġodda dwar il-migrazzjoni, segwiti mill-adozzjoni formali tagħhom mill-Kunsill tal-UE, fl-14 ta’ Mejju 2024, li jippermettu lill-UE tindirizza kwistjonijiet kumplessi b’determinazzjoni u b’inġenwità. Dan se jiżgura li l-Unjoni jkollha fruntieri esterni b’saħħithom u siguri, li d-drittijiet tan-nies ikunu garantiti, u li ebda pajjiż tal-UE ma jitħalla waħdu taħt pressjoni. Verżjoni tat-testPact - four parts: Skrinjar robust, Il-bażi tad-data Eurodac dwar l-ażil u l-migrazzjoni, Proċedura fil-fruntiera u ritorni, Protokolli ta’ kriżi u azzjoni kontra l-istrumentalizzazzjoniProċeduri rapidi u effiċjenti: Regoli ċari dwar l-ażil, Il-garanzija tad-drittijiet tan-nies, L-istandards tal-UE għall-kwalifiki tal-istatus ta’ refuġjat, Prevenzjoni tal-abbużiSistema effettiva ta’ solidarjetà u responsabbiltà: Qafas ta’ solidarjetà permanenti, Appoġġ operazzjonali u finanzjarju, Regoli aktar ċari dwar ir-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għall-ażil, Prevenzjoni ta’ movimenti sekondarjiIntegrazzjoni tal-migrazzjoni fi sħubijiet internazzjonali: Prevenzjoni tat-tluq irregolari, Ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni, Promozzjoni ta’ perkorsi legali Ara l-viżwali ta’ daqs sħiħ L-erba’ pilastri tal-politika l-ġdida dwar il-migrazzjoni u l-ażil Fruntieri esterni siguriSkrinjar robust: Dawk li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-UE se jiġu rreġistrati u soġġetti għal identifikazzjoni, sigurtà, u kontrolli tas-saħħa. Il-bażi tad-data Eurodac dwar l-ażil u l-migrazzjoni: Ir-Regolament Eurodac jibdel il-bażi tad-data eżistenti f’bażi tad-data sħiħa dwar l-ażil u l-migrazzjoni, filwaqt li jiżgura identifikazzjoni ċara ta’ kull min jidħol fl-UE bħala persuna li tfittex l-ażil jew migrant irregolari. Proċedura fil-fruntiera u ritorni: Se tapplika proċedura obbligatorja fuq il-fruntiera għal applikanti għall-ażil li x’aktarx ma jkollhomx bżonn protezzjoni, iqarrqu bl-awtoritajiet jew jippreżentaw riskju għas-sigurtà. Ritorni effiċjenti b’appoġġ għar-riintegrazzjoni se japplikaw għal dawk li mhumiex eliġibbli għall-protezzjoni internazzjonali.Protokolli ta’ kriżi u azzjoni kontra l-istrumentalizzazzjoni: Ir-Regolament dwar il-Kriżijiet jipprovdi protokolli rapidi ta’ kriżi, b’appoġġ u finanzjament operazzjonali, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.Skeda informattiva - Fruntieri esterni siguriProċeduri rapidi u effiċjentiRegoli ċari dwar l-ażil: Ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Migrazzjoni tal-Ażil jiżgura determinazzjoni effettiva ta’ liema pajjiż tal-UE għandu jkun responsabbli għat-trattament ta’ applikazzjoni għall-ażil.Il-garanzija tad-drittijiet tan-nies: Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza tistabbilixxi standards armonizzati fl-UE kollha, li jiżguraw kundizzjonijiet tal-għajxien adegwati għal dawk li jfittxu l-ażil, filwaqt li ssaħħaħ is-salvagwardji u l-garanziji u ttejjeb il-proċessi ta’ integrazzjoni. L-istandards tal-UE għall-kwalifiki tal-istatus ta’ refuġjat: Ir-Regolament dwar il-Kwalifika jsaħħaħ u jarmonizza l-kriterji għall-protezzjoni internazzjonali u jiċċara d-drittijiet u l-obbligi tal-benefiċjarji. Prevenzjoni tal-abbużi: Ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil jistabbilixxi obbligi ċari ta’ kooperazzjoni għal dawk li jfittxu l-ażil, u jipprevedi konsegwenzi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.Skeda informattiva - Proċeduri rapidi u effiċjentiSistema effettiva ta’ solidarjetà u responsabbiltàQafas ta’ solidarjetà permanenti: Il-qafas il-ġdid jiżgura li l-pajjiżi tal-UE jirċievu s-solidarjetà meħtieġa. Il-pajjiżi tal-UE jagħżlu kif se jipparteċipaw, bejn rilokazzjonijiet, kontribuzzjonijiet finanzjarji, appoġġ operazzjonali, tnaqqis fit-talbiet, u “kumpensi għar-responsabbiltà”. Appoġġ operazzjonali u finanzjarju: L-Aġenziji tal-UE rilevanti u l-fondi ddedikati tal-UE se jappoġġjaw lill-pajjiżi tal-UE f’kull pass fit-triq. Regoli aktar ċari dwar ir-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għall-ażil: Ir-regoli l-ġodda jtejbu l-kriterji ta’ responsabbiltà li jiddeterminaw il-pajjiż tal-UE responsabbli għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall-ażil.Prevenzjoni ta’ movimenti sekondarji: L-applikanti għall-ażil iridu japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-pajjiż tal-ewwel dħul tal-UE u jibqgħu hemm sakemm jiġi ddeterminat il-pajjiż responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom.Skeda informattiva - Sistema effettiva ta’ solidarjetà u responsabbiltàIntegrazzjoni tal-migrazzjoni fi sħubijiet internazzjonaliPrevenzjoni tat-tluq irregolari: Kapaċitajiet imsaħħa tal-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri f’pajjiżi sħab ta’ prijorità, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-Frontex. Ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali: Sħubijiet Operazzjonali ddedikati u mfassla apposta kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin mal-pajjiżi sħab u mal-aġenziji tan-NU jindirizzaw il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin f’postijiet ewlenin. Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni: L-iżvilupp tal-migrazzjoni legali jimxi id f’id ma’ kooperazzjoni msaħħa dwar ir-ritorn u r-riammissjoni. Promozzjoni ta’ perkorsi legali: Riżerva ta’ Talent tal-UE tistabbilixxi l-ewwel pjattaforma għall-UE kollha biex tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali, filwaqt li s-Sħubijiet ta’ Talent jippermettu liċ-ċittadini mhux tal-UE jaħdmu, jistudjaw u jitħarrġu fl-UE.Skeda informattiva - Integrazzjoni tal-migrazzjoni fi sħubijiet internazzjonali Fehim tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil Files leġiżlattivi fil-qosorMistoqsijiet u tweġibiet Kronoloġija u kisbiet ewlenin Verżjoni tat-testThis visual displays the new Pact on Migration and Asylum's timeline and main achievements:September 2020: Proposals by the Commission on the New Pact on Migration and AsylumOctober 2021: Adoption of the Revised EU blue card DirectiveDecember 2021: Adoption EU Agency for AsylumMarch 2022: Appointment of an EU Return CoordinatorApril 2022: Proposals by the Commission on the Skills and Talent packageJune 2022: Launch of the Voluntary Solidarity MechanismDecember 2022: Provisional agreement on the qualification RegulationDecember 2022: Provisional agreement on the Reception Conditions DirectiveDecember 2022: Provisional agreement on the Union Resettlement Framework RegulationDecember 2023: Provisional agreement on the Eurodac RegulationDecember 2023: Provisional agreement on the Screening RegulationDecember 2023: Provisional agreement on the Asylum Procedure RegulationDecember 2023: Provisional agreement on the Single Permit DirectiveDecember 2023: Provisional agreement on the Asylum and Migration Management RegulationDecember 2023: Provisional agreement on the CrisisRegulationDecember 2023: Political agreementApril 2024: European Parliament voteMay 2024: Adoption by the Council of the EU Rokna tal-aħbarijiet News article8 Mejju 2026Commission reports on progress in implementing Pact on Migration and Asylum4 min qariNews article29 Jannar 2026Commission presents a five-year strategy on migration 4 min qariNews article12 Novembru 2025Commission launches first Annual Migration Management Cycle under the Pact on Migration and Asylum5 min qariAra kollox
News article8 Mejju 2026Commission reports on progress in implementing Pact on Migration and Asylum4 min qari
News article12 Novembru 2025Commission launches first Annual Migration Management Cycle under the Pact on Migration and Asylum5 min qari