Mur għall-kontenut ewlieni
Migration and Home Affairs
27 Marzu 2024

Intemmu t-traffikar tal-bnedmin. Inkissru l-katina inviżibbli

THB campaign banner

Intemmu t-traffikar tal-bnedmin.

Din il-kampanja għandha l-għan li tgħin biex jintemm it-traffikar tal-bnedmin billi tqajjem kuxjenza dwar dan it-tip ta’ reat, li jċaħħad lin-nies mid-drittijiet fundamentali tagħhom.

Fl-2022, aktar minn 10,000 vittma tat-traffikar tal-bnedmin ġew reġistrati fl-UE. Iżda ħafna oħrajn ma jinstabux. 37% huma ċittadini tal-UE, li jisfaw vittmi ta’ forom differenti ta’ traffikar bħall-isfruttament sesswali, l-iisfruttament għax-xogħol, u t-tallaba furzati.

It-traffikar tal-bnedmin huwa reat vjolenti mwettaq minn individwi jew networks kriminali organizzati li qed joperaw internazzjonalment. Dan jista’ jiġġenera sa €14-il biljun fis-sena għat-traffikanti, għall-isfruttament sesswali biss.

It-tmiem tat-traffikar tal-bnedmin huwa prijorità għall-UE u s-sħab tagħha. Il-kontribut ta’ kull persuna jista’ jkun deċiżiv fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

Inkissru l-katina inviżibbli

Hemm katina inviżibbli li tgħaqqad in-networks tat-traffikar, il-vittmi u dawk li jużaw is-servizzi tal-vittmi traffikati, spiss mingħajr ma jkunu jafu.

L-ewwel pass biex tinkiser il-katina huwa li titqajjem kuxjenza – l-ewwel nett jiġi evitat it-traffikar billi jiġu infurmati l-vittmi potenzjali u l-vittmi ta’ dan ir-reat isiru viżibbli.

Iżda hemm aktar x’tista’ tagħmel:

  • agħraf is-sinjali li xi ħadd jista’ jkun vittma tat-traffikar tal-bnedmin;
  • oqgħod attent li ma tużax is-servizzi ta’ persuni traffikati;
  • irrapporta każ suspettat ta’ traffikar tal-bnedmin;
  • ipprovdi appoġġ immedjat lill-vittmi nfushom.

Tista’ tgħin ukoll biex tqajjem kuxjenza billi ssir parti mill-kampanja “Intemmu t-traffikar tal-bnedmin. Inkissru l-katina inviżibbli. Il-materjali kollha tal-kampanja huma liberi li jintużaw u jistgħu jinstabu fir-riżorsi ta’ hawn taħt.

THB campaign-1

Identifika s-sinjali li xi ħadd jista’ jkun vittma tat-traffikar tal-bnedmin

  1. Il-persuna tiġi skortata kull meta tmur u tirritorna mix-xogħol jew minn attivitajiet oħra fil-beraħ?
  2. Il-persuna tista’ titkellem b’mod liberu jew xi ħadd ieħor qed jikkomunika għaliha?
  3. Il-persuna tidher maqtugħa mill-familja, mill-komunità jew mill-ħbieb?
  4. Il-persuna għandha ftit ħafna oġġetti x’tilbes?
  5. Il-persuna torqod fejn taħdem?
  6. Il-persuna tiddependi fuq xi ħadd ieħor (min iħaddimha) għall-akkomodazzjoni u t-trasport? Il-persuna għandha l-libertà tal-moviment?
  7. Il-persuna tgħix f’postijiet mhux xierqa, ta’ standard inferjuri u ffullati, eż., f’bini mitluq jew industrijali?
  8. Il-persuna qed tagħti l-qligħ tagħha lil xi ħadd ieħor?
  9. Jekk hu dwar minuri: il-minuri jidher intimidat u jġib ruħu b’modi li ma jikkorrispondux ma’ tfal ta’ dik l-età?
  10. Il-persuna hija fil-pussess tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni u tal-ivvjaġġar tagħha stess?

Mhux l-indikaturi kollha elenkati hawn fuq huma preżenti f’kull sitwazzjoni ta’ traffikar tal-bnedmin, u l-preżenza jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe wieħed mill-indikaturi mhijiex neċessarjament prova tat-traffikar tal-bnedmin jew tan-nuqqas tiegħu.

2 FRAR 2024
10 signs leaflet

Fejn iċċempel jekk inti vittma jew jekk taf b’każ ta’ traffikar tal-bnedmin

Azzjonijiet tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin

Skopri aktar dwar il-politika u l-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

Riżorsi Multilingwi

Uża l-materjal tal-kampanja u għin biex titqajjem kuxjenza.

Flimkien nistgħu ntemmu t-traffikar tal-bnedmin.

1 DIĊEMBRU 2023
Digital kit