Mur għall-kontenut ewlieni
Migration and Home Affairs

Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) hija l-aktar sistema ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni użata u l-akbar waħda għas-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri fl-Ewropa. Peress li ma hemmx fruntieri interni bejn il-pajjiżi ta’ Schengen fl-Ewropa, is-SIS tikkumpensa għall-kontrolli fil-fruntieri u hija l-aktar għodda ta’ kooperazzjoni ta’ suċċess għall-awtoritajiet tal-fruntieri, tal-immigrazzjoni, tal-pulizija, tad-dwana u ġudizzjarji fl-UE u fil-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħall-pulizija u l-gwardji tal-fruntiera, jistgħu jdaħħlu u jikkonsultaw allerti dwar persuni u oġġetti f’bażi tad-data komuni waħda. Dawn il-persuni u l-oġġetti jistgħu jkunu lokalizzati fi kwalunkwe post fl-UE u fiż-żona Schengen matul kontrolli tal-fruntiera, tal-pulizija jew kontrolli legali oħra.

Mill-1995, is-sistema għenet lill-Ewropa tippreserva s-sigurtà tagħha fin-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni.

Fl-2013, ġiet introdotta t-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (SIS II), b’funzjonalitajiet addizzjonali, bħall-possibbiltà li jiżdiedu l-marki tas-swaba’ u r-ritratti mal-allerti.

F’Marzu tal-2023, is-SIS ġiet mġedda b’allerti ġodda, data aġġornata u funzjonalitajiet imtejba.   

Schengen Information System

X'inhi s-SIS u kif taħdem?

Tgħallem kif il-pajjiżi tal-UE jiskambjaw informazzjoni dwar in-nies u l-oġġetti permezz tas-SIS u kif is-sistema evolviet matul is-snin.

Alerts and data in SIS

Allerti u data fis-SIS

Is-SIS fiha biss allerti dwar persuni jew oġġetti f’kategoriji ta’ allert predeterminati.

Success stories

Stejjer ta’ suċċess

Stejjer ta’ kooperazzjoni b’suċċess bejn l-awtoritajiet nazzjonali minħabba l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni permezz tas-SIS.

Access rights and data protection

Drittijiet ta’ aċċess u protezzjoni tad-data

Is-SIS għandha rekwiżiti stretti dwar il-kwalità tad-data u l-protezzjoni tad-data. L-utenti awtorizzati biss fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, bħall-kontroll tal-fruntieri nazzjonali, il-pulizija, jew id-dwana, għandhom aċċess għas-SIS.

SIRENE cooperation

Kooperazzjoni ta’ SIRENE

L-Uffiċċji SIRENE nazzjonali huma ċ-ċentri li jikkoordinaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar allerti tas-SIS f’pajjiżhom jew fl-organizzazzjoni tagħhom. Kull pajjiż li juża s-SIS stabbilixxa Uffiċċju SIRENE nazzjonali.