Allert imdaħħal fis-SIS minn pajjiż wieħed isir disponibbli f’ħin reali fil-pajjiżi l-oħra kollha li jużaw is-SIS, sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-UE kollha jkunu jistgħu jsibu l-allert.
Teknikament, is-SIS tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:
- sistema ċentrali
- sistemi nazzjonali tas-SIS fil-pajjiżi kollha li jużaw is-SIS
- network bejn is-sistemi
Kull pajjiż li juża s-SIS huwa responsabbli għall-istabbiliment, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema u l-istrutturi nazzjonali tiegħu. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għas-superviżjoni ġenerali, l-evalwazzjoni tas-sistema, u l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati dwar kif jaħdmu s-SIS u s-SIRENE. L-Aġenzija tal-UE għal sistemi tal-IT fuq skala kbira (eu-LISA) hija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-sistema ċentrali u n-network.
Pajjiżi li jużaw is-SIS
Is-SIS hija operattiva fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen (l-Iżvizzera, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżlanda).
Funzjonalitajiet imġedda tas-SIS, minn tal-2023
Kondiviżjoni ta’ informazzjoni
Kategoriji ġodda ta’ allerti u aktar data jiġu xxerjati permezz tas-SIS, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni aktar kompluta u aktar affidabbli disponibbli għall-awtoritajiet f’pajjiżi li jużaw is-SIS.
Bijometrija
Minn Marzu 2023, is-SIS se jkun fiha t-tipi ta’ bijometrija li ġejjin biex tiġi kkonfermata u vverifikata l-identità tal-persuni rreġistrati fis-sistema:
- ritratti
- marki tal-pala tal-id
- marki tas-swaba'
- traċċi tas-swaba'
- traċċi tal-pala tal-id
- rekords tad-DNA (fir-rigward ta’ persuni neqsin biss)
Il-marki tas-swaba’, il-marki tal-pala tal-id, it-traċċi tas-swaba’ u t-traċċi tal-pala tal-id jintużaw għal tfittxijiet bijometriċi permezz tas-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' fis-SIS.
Is-SIS għadha ma tużax teknoloġija ta’ rikonoxximent tar-ritratti u tal-immaġni tal-wiċċ. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport dwar id-disponibbiltà, l-istat ta’ tħejjija u l-affidabbiltà ta’ tali teknoloġija qabel ma dan ikun jista’ jiġi stabbilit. Il-Parlament Ewropew se jiġi kkonsultat dwar il-proposta. Ladarba din it-teknoloġija tiddaħħal fis-seħħ fis-SIS, il-pajjiżi se jkunu jistgħu jużaw dawn l-għodod f’punti ta’ qsim regolari tal-fruntieri. Wara dan, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati li jiddeterminaw ċirkostanzi oħra li fihom jistgħu jintużaw ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ biex jiġu identifikati l-persuni.
Ġlieda kontra t-terroriżmu
Qed tiġi xxerjata aktar informazzjoni dwar persuni u oġġetti involuti f’attivitajiet relatati mat-terroriżmu, li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jsegwu u jipprevjenu aħjar reati serji u terroriżmu.
Minn Marzu 2021, il-pajjiżi xxerjatw it-tiftix ta’ konkordanzi dwar allerti tas-SIS relatati ma’ reati terroristiċi mal-Europol. Il-Europol tiskambja informazzjoni supplimentari ma’ pajjiżi dwar l-allerti tas-SIS relatati ma’ reati terroristiċi permezz tal-Uffiċċji SIRENE.
Persuni vulnerabbli
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu allerti dwar persuni neqsin li jinkludu data addizzjonali. Jistgħu wkoll idaħħlu allerti preventivi fis-sistema biex jipproteġu ċerti kategoriji ta’ persuni vulnerabbli (tfal f’riskju ta’ ħtif jew vittmi potenzjali tat-terroriżmu, traffikar tal-bnedmin, vjolenza abbażi tal-ġeneru, jew kunflitt armat/ostilitajiet).
Migrazzjoni irregolari
Id-deċiżjonijiet ta’ ritorn huma parti mill-informazzjoni xxerjata fis-sistema biex jittejjeb l-infurzar effettiv ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Il-pajjiżi jridu jdaħħlu allerti dwar rifjut ta' dħul jew soġġorn dwar persuni li jinstabu li qed joqogħdu fl-UE illegalment u li huma soġġetti għal projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġa f’konformità mad-Direttiva dwar ir-Ritorn.
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni estiża għar-reġistrazzjoni tad-dgħajjes, l-inġenji tal-ajru u l-armi tan-nar
Is-servizzi nazzjonali responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ dgħajjes, inġenji tal-ajru u armi tan-nar jistgħu jikkonsultaw is-SIS sabiex jivverifikaw l-istatus legali tal-oġġetti ppreżentati lilhom għar-reġistrazzjoni.
- Is-servizzi tar-reġistrazzjoni tad-dgħajjes għandhom aċċess biss għall-allerti tas-SIS dwar id-dgħajjes u l-magni tad-dgħajjes.
- Is-servizzi ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru għandhom aċċess biss għall-allerti dwar inġenji tal-ajru u magni tal-inġenji tal-ajru.
- Is-servizzi tar-reġistrazzjoni tal-armi tan-nar għandhom aċċess biss għal allerti għall-arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni, allerti għal verifiki diskreti, ta' investigazzjoni u speċifiċi u allerti dwar armi tan-nar għal qbid jew użu bħala evidenza.
Aċċess imtejjeb għall-Aġenziji tal-UE
Il-Europol għandha aċċess għall-kategoriji kollha ta’ allerti fis-SIS u tiskambja informazzjoni supplimentari ma’ pajjiżi dwar allerti relatati ma’ reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. L-implimentazzjoni tal-aċċess tat-timijiet operattivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-SIS għadha għaddejja.
Aġġornamenti oħra li qed jitħejjew
Fis-6 ta’ Lulju 2022, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw regolament ġdid li jippermetti lill-Europol tipproponi li l-pajjiżi tal-UE jdaħħlu allerti dwar terroristi u kriminali suspettati fis-SIS abbażi ta’ informazzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE. Ir-regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2022. L-implimentazzjoni ta’ din il-karatteristika ġdida għadha għaddejja.
Skeda ta’ żmien għall-bidliet fis-SIS
- Marzu 2023
Titnieda s-SIS imġedda u tibda taħdem kompletament.
- Diċembru 2018
Ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fit-28 ta’ Diċembru 2018.
- Novembru 2018
It-tliet regolamenti proposti mill-2016 ġew adottati:
- Ir-Regolament 2018/1860 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali
- Ir-Regolament (UE) 2018/1861 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri
- Ir-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali
- Diċembru 2016
Il-Kummissjoni ppreżentat tliet proposti għal regolamenti biex jittejjeb u jiġi estiż l-użu tas-SIS, li jkopru l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema għal:
- ġestjoni tal-fruntieri
- kooperazzjoni tal-pulizija u kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali
- ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz b’residenza illegali
Allerti tas-SIS u drittijiet tal-individwu
Allert tas-SIS fih informazzjoni dwar persuna jew oġġett partikolari kif ukoll struzzjonijiet għall-awtoritajiet dwar x’għandhom jagħmlu meta jsibu dik il-persuna jew dak l-oġġett.
L-Uffiċċji SIRENE nazzjonali speċjalizzati li jinsabu f’kull pajjiż iservu bħala punti uniċi ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ informazzjoni addizzjonali u għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-allerti tas-SIS.
Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt li:
- jaċċessaw id-data relatata magħhom
- jikkoreġi data mhux preċiża jew iħassru data maħżuna illegalment fis-sistema
Kull min ikun is-suġġett ta’ allerti għal ritorni jew allerti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn għandu d-dritt li jiġi infurmat dwar l-allert.
Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt li jressqu proċedimenti quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jaċċessaw, jikkoreġu jew iħassru data jew biex jiksbu kumpens għad-danni mġarrba minn ksur tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li jużaw is-SIS.
Dokumenti relatati
- Ir-Regolament 2018/1860 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali
- Ir-Regolament (UE) 2018/1861 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri
- Ir-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali
- Обновена ШИС — представянеIddawnlowdjaбългарски
- SIS renovado — presentaciónIddawnlowdjaespañol
- Obnovený SIS – prezentaceIddawnlowdjačeština
- Fornyet SIS — præsentationIddawnlowdjadansk
- Erneuertes SIS – PräsentationIddawnlowdjaDeutsch
- Uuendatud SIS – tutvustusIddawnlowdjaeesti
- Ανανεωμένο SIS - παρουσίασηIddawnlowdjaελληνικά
- Renewed SIS - presentationIddawnlowdjaEnglish
- Nouveau SIS — présentationIddawnlowdjafrançais
- SIS athnuaite — cur i láthairIddawnlowdjaGaeilge
- Obnovljeni SIS – prezentacijaIddawnlowdjahrvatski
- Nuovo SIS — presentazioneIddawnlowdjaitaliano
- Atjaunināta SIS — iepazīstināšana arIddawnlowdjalatviešu
- Atnaujinta SIS - pristatymasIddawnlowdjalietuvių
- Megújított SIS – prezentációIddawnlowdjamagyar
- Vernieuwd SIS — presentatieIddawnlowdjaNederlands
- Odnowiony SIS – prezentacjaIddawnlowdjapolski
- SIS renovado — apresentaçãoIddawnlowdjaportuguês
- SIS reînnoit – prezentareIddawnlowdjaromână
- Obnovený SIS – prezentáciaIddawnlowdjaslovenčina
- Prenovljen SIS – predstavitevIddawnlowdjaslovenščina
- Uudistettu SIS-järjestelmä – esittelyIddawnlowdjasuomi
- Förnyat SIS – presentationIddawnlowdjasvenska
- Обновена ШИС — цифрова брошураIddawnlowdjaбългарски
- SIS renovado — folleto digitalIddawnlowdjaespañol
- Obnovený SIS – digitální letákIddawnlowdjačeština
- Fornyet SIS — digital folderIddawnlowdjadansk
- Erneuertes SIS – Digitales FaltblattIddawnlowdjaDeutsch
- Uuendatud SIS – digitaalne teabelehtIddawnlowdjaeesti
- Ανανεωμένο SIS - φυλλάδιο σε ψηφιακή μορφήIddawnlowdjaελληνικά
- Renewed SIS - digital leafletIddawnlowdjaEnglish
- Nouveau SIS — dépliant numériqueIddawnlowdjafrançais
- SIS Athnuaite — bileog dhigiteachIddawnlowdjaGaeilge
- Obnovljeni SIS – digitalna brošuraIddawnlowdjahrvatski
- Nuovo SIS — opuscolo digitaleIddawnlowdjaitaliano
- Atjaunināta SIS — digitāls bukletsIddawnlowdjalatviešu
- Atnaujinta SIS - skaitmeninė lankstinukasIddawnlowdjalietuvių
- Megújított SIS – digitális brosúraIddawnlowdjamagyar
- Vernieuwd SIS — digitale brochureIddawnlowdjaNederlands
- Odnowiony SIS – ulotka cyfrowaIddawnlowdjapolski
- SIS renovado — folheto digitalIddawnlowdjaportuguês
- SIS reînnoit – broșură digitalăIddawnlowdjaromână
- Obnovený SIS – digitálny letákIddawnlowdjaslovenčina
- Prenovljen SIS – digitalna letakaIddawnlowdjaslovenščina
- Uudistettu SIS – digitaalinen esiteIddawnlowdjasuomi
- Förnyat SIS – digital broschyrIddawnlowdjasvenska